11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Linköping (l-Isvezja) fit-22 ta’ Ottubru 2015 – E.ON Biofor Sverige AB vs Statens energimyndighet
(Kawża C-549/15)
(2016/C 007/17)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Linköping
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E.ON Biofor Sverige AB
Konvenuta: Statens energimyndighet
Domandi preliminari
1)
Il-kunċetti ta’ “bilanċ tal-massa” u ta’ “taħlita” li jinsabu fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati jawtorizzaw il-kummerċ ta’ bijogass li jseħħ bejn l-Istati Membri permezz ta’ netwerk ta’ gass interkonness?
2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, din id-dispożizzjoni tad-direttiva hija, f’dan il-każ, kompatibbli mal-Artikolu 34 TFUE, minkejja li l-applikazzjoni tagħha jista’ jkollha l-effett li tirrestrinġi l-kummerċ?
(1) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).
Full & Egal Universal Law Academy