8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Puli-Pola (Il-Kroazja) fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Pula Parking d.o.o. vs Sven Kalus Tederahn
(Kawża C-551/15)
(2016/C 048/16)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Puli-Pola
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pula Parking d.o.o.
Konvenuti: Sven Kalus Tederahn
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tan-natura ġuridika tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet fit-tilwima, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1), huwa applikabbli għall-każ inkwistjoni?
2)
Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jirreferi għall-ġurisdizzjoni tan-nutara fir-Repubblika tal-Kroazja?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy