25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Ottubru 2015 – Undis Servizi Srl vs Comune di Sulmona
(Kawża C-553/15)
(2016/C 027/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Undis Servizi Srl
Konvenuta: Comune di Sulmona
Domandi preliminari
1)
Sabiex tiġi ddeterminata il-parti essenzjali tal-attività eżerċitata mill-entità kkontrollata, għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-attività imposta fuqha mill-amministrazzjoni pubblika mhux azzjonista favur entitajiet pubbliċi mhux azzjonisti?
2)
Sabiex tiġi ddeterminata il-parti essenzjali tal-attività eżerċitata mill-entità kkontrollata, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-kuntratti mogħtija lill-amministrazzjoni pubblika azzjonista qabel ma r-rekwiżit ta’ kontroll analogu jkun ġie ssodisfatt?
Full & Egal Universal Law Academy