25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-27 ta Ottubru 2015 – Luca Jerónimo García Almodóvar y Catalina Molina Moreno vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.
(Kawża C-554/15)
(2016/C 027/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Cantabria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Luca Jerónimo García Almodóvar u Catalina Molina Moreno
Konvenuti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.
Domandi preliminari
1)
Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawsola art li tkun tinsab f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minħabba n-natura abużiva tagħha hija konformi mal-prinċipju ta’ natura mhux vinkolanti [tal-klawsoli inġusti] u mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?
2)
Iż-żamma tal-effetti ta’ klawsola art li tinsab f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li ġiet iddikkjarata nulla jew inġusta minħabba n-natura abużiva tagħha hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?
3)
Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawsola art f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minħabba n-natura inġusta tagħha, minħabba riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku u ta’ bona fide, hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?
4)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, f’sitwazzjoni fejn konsumatur iressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta ta’ klawsola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li ddeterminat l-ammont eżiġibbli, il-fatt li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13], jew jaqbel li dan ir-riskju jiġi analizzat u evalwat fid-dawl ta’ data ekonomika konkreta li tistabbilixxi r-riperkussjonijiet makroekonomiċi tar-rikonoxximent tar-retroattività tan-nullità ta’ klawżola abużiva?
5)
Bl-istess mod, f’sitwazzjoni fejn konsumatur iressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta ta’ klawsola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li ddeterminat l-ammont eżiġibbli, il-fatt li l-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti ekonomiċi li jkollu l-eventwali eżerċizzju ta’ azzjoni individwali jew l-eventwali tressiq ta’ oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta tal-klawsola minn numru kbir ta’ konsumaturi huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13] jew, għall-kuntrarju, dan ir-riskju għandu jiġi evalwat fid-dawl tar-riperkussjonijiet ekonomiċi konkreti għall-konsumatur li jkun ressaq l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni li jkun suġġett tagħha?
6)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-fatt li l-aġir ta’ bejjiegħ jew fornitur jiġi evalwat in abstracto sabiex tiġi evalwata l-bona fide tiegħu huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?
7)
Jew, għall-kuntrarju, jaqbel li din il-bona fide tiġi eżaminata u evalwata konkretament każ b’każ, fid-dawl tal-aġir konkret tal-bejjiegħ jew fornitur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-inklużjoni tal-klawsola inġusta fih, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva [93/13]?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy