1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Novembru 2015 – Onix Asigurări SA vs Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (Ivass)
(Kawża C-559/15)
(2016/C 038/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Onix Asigurări SA
Konvenut: Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (Ivass)
Domandi preliminari
Id-dritt Komunitarju u b’mod partikolari l-Artikolu 40(6) tad-Direttiva 92/49/KEE (1), il-punt 5 tal-Komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni 2000/C/43/03, u l-prinċipju Komunitarju ta’ sorveljanza mill-pajjiż tal-oriġini jipprekludu interpretazzjoni (bħal dik dwar l-Artikolu 193(4) tal-Kodiċi ta’ assigurazzjonijiet privati, approvata mid-Digriet Leġiżlattiv tas-7 ta’ Diċembru 2005, Nru 209, u li taqbel magħha din il-qorti) skont liema l-awtorità ta’ sorveljanza ta’ Stat li jospita operatur ta’ assigurazzjoni li għandu l-libertà joffri servizzi tista’ b’urġenza tieħu, sabiex tipproteġi l-interessi tal-persuni assigurati u tal-persuni li għandhom dritt għal benefiċċju tal-assigurazzjoni, deċiżjonijiet ta’ projbizzjoni u b’mod partikolari l-projbizzjoni li jiġu konklużi kuntratti ġodda fit-territorju tal-Istat ospitanti, ibbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza allegat, sew jekk diġà eżistenti sew jekk twettaq iktar tard, evalwat b’diskrezzjoni, ta’ rekwiżit suġġettiv previst għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċiżżju tal-attività ta’ assigurazzjoni, u b’mod partikolari tar-rekwiżit dwar ir-reputazzjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346).
Full & Egal Universal Law Academy