1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Hans-Peter Ofenböck
(Kawża C-565/15)
(2016/C 038/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hans-Peter Ofenböck
Domandi preliminari
1.
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tirrestrinġi l-possibbiltà tal-operatur ta’ stazzjon ta’ pompi tal-petrol li jibdel il-prezzijiet tal-karburanti fiż-żmien billi tippermettilu jiffissa darba biss fil-ġurnata prezz ta’ bejgħ ogħla?
2.
Jekk l-ewwel domanda ma għandhiex tingħata risposta assolutament fl-affermattiv, u l-eżami tal-legalità ta’ tali restrizzjoni fid-dawl tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali għandu jsir skont iċ-ċirkustanzi tal-każ individwali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja:
Liema huma l-aspetti li għandhom jitqiesu fl-eżami tal-legalità ta’ tali restrizzjoni fil-każ individwali fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, kif mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza fil-Kawża C-540/08, fil-każ ta’ dispożizzjoni li tirrestrinġi l-possibbiltà li jiġu miżjuda l-prezzijiet tal-konsumaturi?
(1) ĠU L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy