7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergerichts Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2015 – Konrad Erzberger vs TUI AG
(Kawża C-566/15)
(2016/C 090/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergerichts Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Konrad Erzberger
Konvenuta: TUI AG
Domanda preliminari
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 18 TFUE (nondiskriminazzjoni) u mal-Artikolu 45 TFUE (moviment liberu tal-ħaddiema) li Stat Membru jagħti d-dritt li wieħed jivvota u li wieħed joħroġ bħala kandidat għar-rappreżentanti tal-impjegati fil-korp ta’ superviżjoni ta’ kumpannija biss lil dawk il-ħaddiema li huma impjegati fi stabbilimenti tal-kumpannija jew fil-kumpanniji tal-grupp fit-territorju nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy