1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Novembru 2015 – X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-570/15)
(2016/C 038/38)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domanda preliminari
Liema kriterju jew kriterji għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1408/71 (1) fil-każ ta’ ħaddiem residenti fil-Belġju li, matul is-sena inkwistjoni, eżerċita l-maġġoranza l-kbira tal-attivitajiet tiegħu għall-persuna li timpjegah Olandiża fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi u li, barra minn hekk, eżerċita 6,5 % tal-attivitajiet totali tiegħu fil-Belġju, jew f’daru, jew għand klijenti, ladarba din il-proporzjon ma tikkorrispondix għal pjan ta’ xogħol stabbilit b’mod preċiż u ladarba huwa qatt ma kkonkluda mal-persuna li timpjegah xi ftehim dwar l-eżerċizzju ta’ attività fil-Belġju?
(1) Regolament tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy