25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ
(Kawża C-572/15)
(2016/C 027/16)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche AG
Konvenuta: Accord Healthcare OÜ
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinvolvi t-tqassir tat-terminu ta’ validita ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li nħareġ minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u li l-perijodu ta’ validità tiegħu fir-rigward tal-ingredjent attiv huwa, skont l-indikazzjonijiet li jidhru fiċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, ta’ iktar minn 15 il-sena sa mill-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott mediċinali li jikkonsisti f’dan l-ingredjent attiv jew li jinkludih?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, għandu jitqies li l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 469/2009, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU L 152, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy