18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/22
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 minn SV Capital OÜ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-660/14, SV Capital OÜ vs L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
(Kawża C-577/15 P)
(2016/C 016/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SV Capital OÜ (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-660/14 sa fejn (1) tiddikjara r-rikors kontra d-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA inammissibbli, (2) tannulla d-Deċiżjoni 2014-C1-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza, tal-14 ta’ Lulju 2014 fil-parti li tirrigwarda l-ammissibbiltà tal-appell tal-appellanti u (3) tiddeċiedi fuq l-ispejjeż;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-appell u tordna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-660/14, l-appellanti tibbaża ruħha fuq l-aggravji u argumenti li ġejjin.
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) peress li r-rikors kontra d-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA ġie ppreżentat fit-terminu, għaliex l-ewwel ingħatat deċiżjoni fuqha mill-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (li kienu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2014).
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE, peress li r-rikors kontra d-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA ġie ppreżentat fit-terminu, fid-dawl tal-proċedura amministrattiva li kienet għadha pendenti sal-14 ta’ Lulju 2014.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li r-rikors kontra d-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA ġie ppreżentat fit-terminu, fid-dawl ta’ ċirkustanzi imprevedibbli.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE u l-Artikoli 60(1) u 61(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, peress li r-rikors kontra d-Deċiżjoni 2013 002 tal-EBA kien ammissibbli kemm għaliex id-deċiżjoni kienet ġiet indirizzata lill-appellanti kif ukoll għaliex l-appellanti kellha interess diretta u individwali fil-kwistjoni.
Id-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA hija vvizzjata bi żbalji ta’ fatt.
Id-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA hija vvizzjata bi ksur tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi ta’ Kondotta Amministrattiva Tajba tal-EBA.
Id-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA hija vvizzjata bi ksur tal-Artikoli 3.3, 3.4 u 3.5 tar-Regoli Interni tal-EBA.
Id-Deċiżjoni C 2013 002 tal-EBA hija vvizzjata b’użu ħażin ta’ poter u b’aġir mhux raġonevoli tal-EBA.
(1) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, p. 12).
Full & Egal Universal Law Academy