25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski
(Kawża C-579/15)
(2016/C 027/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Openbaar Ministerie
Konvenuta: Daniel Adam Popławski
Domandi preliminari
1)
Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa d-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 (1) fid-dritt intern tiegħu b’tali mod li:
—
l-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-obbligu pur u sempliċi li tirrifjuta l-konsenja ta’ ċittadin jew residenti tal-imsemmi Stat Membru għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza,
—
dan ir-rifjut għandu, ipso jure, l-effett li l-imsemmi Stat Membru huwa dispost li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja imposta kontra dan iċ-ċittadin jew resident,
—
iżda li d-deċiżjoni li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza tittieħed biss wara r-rifjut u li deċiżjoni pożittiva tiddependi fuq 1) l-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni li torbot l-Istat Membru emittenti u l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, 2) ir-rekwiżiti imposti f’din il-konvenzjoni, u 3) il-kollaborazzjoni tal-Istat Membru emittenti, permezz ta’, pereżempju, talba għal dan il-għan,
hekk li jeżisti riskju li l-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat ma jistax, wara rifjut ta’ konsenja, jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza, peress li huwa intiż li tali riskju ma jaffettwax l-obbligu li tiġi rrifjutata l-konsenja għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza?
2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda numru 1:
a)
il-qorti nazzjonali tista’ tapplika direttament id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 anki jekk, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nruo36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżittorji, l-effetti legali tal-imsemmija deċiżjoni qafas għandhom, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jinżammu fis-seħħ sakemm id-deċiżjoni qafas tiġi mħassra, annullata jew emendata u,
b)
f’każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 huwa preċiż biżżejjed u mingħajr kundizzjoni sabiex jiġi applikat mill-qorti nazzjonali?
3)
Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru li d-dritt intern tiegħu jissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja deċiża f’pajjiż ieħor għall-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni internazzjonali li tirregola din id-domanda jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu billi jinterpreta din id-dispożizzjoni fis-sens li hija tipprovdi hija stess il-bażi legali konvenzjonali meħtieġa, u dan sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ impunità marbut mal-imsemmi rekwiżit ta’ bażi legali konvenzjonali, kif previst fid-dritt intern (ara d-domanda I)?
4)
Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu b’mod li:
huwa jimponi bħala rekwiżit għal rifjut tal-konsenja ta’ resident li huwa ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkollu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar ksur imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew u li ma jkunx hemm ostakoli fil-prattika (bħar-rifjut tal-Istat Membru emittenti li jittrażmettilu l-proċess kriminali) sabiex tittieħed azzjoni (eventwalment) kontra dan ir-resident fit-territorju tiegħu minħabba f’dan il-ksur,
filwaqt li huwa ma jimponix tali rekwiżit għar-rifjut ta’ konsenja għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni?
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri – Dikjarazzjonijiet magħmula minn ċerti Stati Membri dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).
Full & Egal Universal Law Academy