1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2015 – Johannes Van der Weegen u Anna Pot vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-580/15)
(2016/C 038/41)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Johannes Van der Weegen u Anna Pot
Konvenut: L-Istat Belġjan
Domanda preliminari
L-Artikolu 21(5) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-1992, kif emendat bl-Artikolu 170 tal-liġi tal-25 ta’ April 2014 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet differenti, jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 63 TFUE kif ukoll l-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE sa fejn din id-dispożizzjoni kkritikata, għalkemm tapplika indistintament għall-fornituri ta’ servizzi nazzjonali jew barranin, teħtieġ li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet analogi għal dawk inklużi fl-Artikolu [2] tad-digriet irjali li jimplementa l-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-1992 li huma de facto speċifiċi għas-suq Belġjan b’mod li l-fornituri ta’ servizzi barranin huma serjament ostakolati fl-offerta tas-servizzi tagħhom fil-Belġju?
Full & Egal Universal Law Academy