25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/15
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-581/15)
(2016/C 027/19)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
tikkonstata li, peress li hija ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u peress li hija ma ħolqitx interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istat Membri l-oħra, ir-Repubblika Ċeka ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tressaq l-argumenti li ġejjin insostenn tar-rikors tagħha:
Fit-30 ta’ Ġunju 2015, data li fiha skada t-terminu stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ir-Repubblika Ċeka kienet għada ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u hija ma kinitx ħolqot interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri oħra, minkejja li hija kellha obbligu tagħmel dan taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1).
(1) ĠU L 300, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy