25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Gerrit van Vemde
(Kawża C-582/15)
(2016/C 027/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Gerrit van Vemde
Domanda preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni li hemm imsemmija fiha tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet mogħtija qabel il-5 ta’ Diċembru 2011, indipendentement mid-data li fiha dawn id-deċiżjonijiet jkunu saru res judicata, jew għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet li jkunu saru res judicata qabel il-5 ta’ Diċembru 2011?
(1) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, p. 27).
Full & Egal Universal Law Academy