1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Raffinerie Tirlemontoise SA vs État belge
(Kawża C-585/15)
(2016/C 038/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raffinerie Tirlemontoise SA
Konvenut: État belge
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999, tat-13 ta’ Settembru 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) għandu jiġi interpretat – b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Zuckerfabrick Jülich (C-113/10, C-147/10 u C-234/10) – fis-sens li għall-finijiet tal-kalkolu tat-telf medju, għandha tiġi diviża, għall-kategoriji kollha ta’ zokkor esportati, is-somma tal-ispejjeż reali bis-somma tal-kwantitajiet esportati, kemm jekk effettivament sarux jew le ħlasijiet lura għal dawn il-kwantitajiet?
2)
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999, tat-13 ta’ Settembru 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor għandu jiġi interpretat – b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Zuckerfabrick Jülich (C-113/10, C-147/10 u C-234/10) – fis-sens li t-trasferimenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (bħala element ta’ debitu jew ta’ kreditu) fil-kalkolu globali tal-imposti fuq il-produzzjoni għandhom jiġu kkalkolati, għall-kategoriji kollha ta’ zokkor esportati, billi tiġi diviża s-somma tal-ispejjeż reali bis-somma tal-kwantitajiet effettivament esportati, kemm jekk effettivament sarux jew le ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għal dawn il-kwantitajiet?
3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-Regolament 2267/2000 (2) u r-Regolament 1993/2001 (3) huma invalidi?
(1) ĠU L 252, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000, tat-12 ta’ Ottubru 2000, li jiffissa, għas-sena ta’ kummerċ 1999/2000, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent ta’ kalkolu tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 259, p. 29).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001, tal-11 ta’ Ottubru 2001, li jiffissa, għas-sena ta’ kummerċ 2000/2001, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor (ĠU L 271, p. 15).
Full & Egal Universal Law Academy