8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Novembru 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Lemnis Lighting BV
(Kawża C-600/15)
(2016/C 048/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Lemnis Lighting BV
Domanda preliminari
L-intestaturi 8539, 8541, 8543, 8548 u 9405 tan-Nomenklatura Maqgħuda għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti bħal-lampi led, li huma magħmula minn dajowds li jagħtu d-dawl u komponenti elettriċi oħra, kif ukoll minn kapsula tal-ħġieġ u minn fitting Edison, u li jservu biex idawlu wara li jkunu ddaħħlu f’tagħmir għad-dawl, għandhom jiġu kklassifikati taħt waħda minn dawn l-intestaturi? Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, taħt liema minn dawn l-intestaturi għandhom jiġu kklassifikati dawn il-prodotti? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, taħt liema intestatura oħra għandha ssir il-klassifikazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy