29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/8
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 minn L’Oréal SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-426/13, L’Oreal vs EUIPO
(Kawża C-611/15 P)
(2016/C 314/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: L’Oréal SA (rappreżentanti: H. Granado Carpenter u L. Polo Carreño, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, S.L.
Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Ġunju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil L’Oréal SA għall-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy