8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González
(Kawża C-613/15)
(2016/C 048/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibercaja Banco S.A.U.
Konvenut: José Cortés González
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 114 tal-ligi dwar l-ipoteki, li tippermetti lil qorti nazzjonali, meta tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola li tiffissa interessi moratorji, tistħarreġ biss jekk ir-rata ta’ interessi miftiehma hijiex iktar minn tliet darbiet ogħla mir-rata ta’ interess legali, u mhux li tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi ohra?
2)
L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 693 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol, li tippermetti li jintalab l-ammont sħiħ ta’ self b’mod antiċipat minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ tliet pagamenti ta’ kull xahar, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra bħat-tul jew l-ammont tas-self jew kull raġuni ohra rilevanti, u li, barra minn hekk, tissuġġetta l-possibbiltà li jiġu evitati l-effetti ta’ din l-iskadenza antiċipata għar-rieda tal-kreditur, minbarra fil-każijiet li fihom l-ipoteka hija marbuta fuq ir-residenza abitwali tad-debitur?
3)
Ir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Ligi 1/2013 hija kuntrarja għall-ġurisprudenza COFIDIS (2)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(2) Sentenza C-473/00, EU:C:2002:705.
Full & Egal Universal Law Academy