22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj
(Kawża C-614/15)
(2016/C 068/27)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rodica Popescu
Konvenut: Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj
Domandi preliminari
1)
Il-fatt li l-attività tal-persunal responsabbli speċifikament mill-kontrolli fis-settur tas-saħħa veterinarja hija marbuta intrinsikament mal-kontinwazzjoni tal-attività tat-tip ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt [5] jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-konklużjoni ripetuta ta’ kuntratti għal żmien determinat, b’deroga mir-regoli ta’ natura ġenerali adottati bil-għan li tiġi trasposta d-Direttiva 70/1999 (1)?
2)
Iż-żamma fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet ta’ natura speċjali li jippermettu l-konklużjoni ripetuta, għal perijodu bħal dak deskritt iktar ’il fuq, ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur tal-kontrolli marbuta mas-saħħa veterinarja tikkostitwixxi ksur tal-obbligu tal-Istat fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 70/1999?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
Full & Egal Universal Law Academy