1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2015 – Hummel Holding A/S vs Nike Inc. u Nike Retail B.V.
(Kawża C-617/15)
(2016/C 038/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hummel Holding A/S
Konvenuti: Nike Inc., Nike Retail B.V.
Domanda preliminari
Taħt liema kundizzjonijiet kumpannija ġuridikament indipendenti, stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni, li hija sottosussidjarja ta’ impriża li ma għandhiex hija stess is-sede tagħha fl-Unjoni, għandha titqies li hija “stabbiliment” ta’ din l-impriża fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1)?
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy