1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Novembru 2015 – Concurrence Sàrl vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl
(Kawża C-618/15)
(2016/C 038/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Concurrence Sàrl
Konvenuti: Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl
Domanda preliminari
Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ ksur allegat ta’ projbizzjonijiet ta’ bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva u b’rikors għal pjattaforma f’suq, permezz ta’ offerti ta’ bejgħ online fuq numru ta’ siti internet operati fi Stati Membri differenti, id-distributur awtorizzat li jqis li ġarrab dannu għandu l-possibbiltà li jressaq azzjoni għall-waqfien tad-dannu illegali li jirriżulta minn dan quddiem il-qorti li fit-territorju tagħha l-kontenuti mqiegħda online huma jew kienu aċċessibbli, jew għandha tiġi stabbilita rabta oħra ta’ konnessjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy