5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Susanne Sokoll-Seebacher u Manfred Naderhirn
(Kawża C-634/15)
(2016/C 326/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Susanne Sokoll-Seebacher, Manfred Naderhirn.
Konvenuti: Agnes Hemetsberger, Mag. Jungwirth u Mag. Fabian OHG et.
B’digriet tat-30 ta’ Ġunju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet:
Is-sentenza tat-13 ta’ Frar 2014, Sokoll-Seebacher (C-367/12, EU:C:2014:68), għandha tinqara fis-sens li l-kriterju relatat mal-limitu riġidu tan-numru ta’ “persuni sabiex jiġu fornuti”, stabbilit mill-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandux jiġi applikat, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ ħtieġa għall-ħolqien ta’ spiżerija ġdida, b’mod ġenerali, f’kull sitwazzjoni konkreta li ser tkun is-suġġett ta’ verifika.
Full & Egal Universal Law Academy