15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Ireland) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Minister for Justice and Equality vs Tomas Vilkas
(Kawża C-640/15)
(2016/C 059/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister for Justice and Equality
Konvenut: Tomas Vilkas
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Qafas (1) jipprevedi jew/u jawtorizza l-ftehim dwar data ta’ konsenja ġdida iktar minn darba?
2)
Jekk dan huwa l-każ, l-imsemmi Artikolu 23 jagħmel dan f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, jew f’kollha kemm huma: jiġifieri, meta l-konsenja tal-persuna rikjesta fi żmien il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 2 kienet diġà prekluża minħabba ċirkustanzi li ma huma fil-kontroll tal-ebda Stat Membru, li wasslu għal ftehim dwar data ta’ konsenja ġdida, u tali ċirkustanzi –
i)
jinstab li huma kontinwi; jew
ii)
wara li kienu waqfu, jinstab li qegħdin jerġgħu jseħħu; jew
iii)
wara li kienu waqfu, qamu ċirkustanzi differenti li ipprekludew, jew jistgħu jipprekludu, il-konsenja tal-persuna rikjesta fi żmien il-perijodu rikjest relatat mal-imsemmija data ta’ konsenja l-ġdida?
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, kif irrettifikata (ĠU L 17, 2009).
Full & Egal Universal Law Academy