7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH
(Kawża C-641/15)
(2016/C 090/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH
Konvenuta Hettegger Hotel Edelweiss GmbH
Domanda preliminari
Il-kriterju tal-“ħlas ta’ miżata għad-dħul”, li jinsab fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (1) huwa ssodisfatt meta:
—
settijiet tat-televiżjoni huma disponibbli fid-diversi kmamar ta’ lukanda u l-operatur tal-lukanda jipprovdi aċċess għas-sinjal ta’ diversi programmi tat-televiżjoni u tar-radju permezz ta’ dawn is-settijiet (“televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda”), u li
—
l-operatur tal-lukanda jitlob, għall-użu tal-kamra (b’“televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda”) ħlas għall-kamra għal kull lejl (“prezz tal-kamra”) li jinkludi wkoll l-użu tas-sett tat-televiżjoni u ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li għalihom jipprovdi aċċess?
(1) ĠU L 367, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy