4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Darmstadt (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – FurkanTekdemir et vs Kreis Bergstraße
(Kawża C-652/15)
(2016/C 118/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichts Darmstadt.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FurkanTekdemir et
Konvenuta: Kreis Bergstraße
Domandi preliminari
1)
L-għan ta’ ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li hija ta’ natura li tirrifjuta lil ċittadin Tork, imwieled fit-territorju Federali, l-eżenzjoni mill-obbligu li jkollu permess ta’ residenza li jista’ jitlob bis-saħħa tal-klawżola ta’ standstill tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta assoċjazzjoni KEE-Turkija tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni?
2)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi pożittivament għal din id-domanda, liema huma r-rekwiżiti kwalitattivi li għandhom jintalbu fir-rigward ta’ “raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali” fid-dawl tal-għan ta’ ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji?
Full & Egal Universal Law Academy