8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – Länsförsäkringar AB vs A/S Matek
(Kawża C-654/15)
(2016/C 048/31)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Länsförsäkringar AB
Konvenuta: A/S Matek
Domandi preliminari
Id-domandi jirrigwardaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja meta partijiet terzi jużaw, mingħajr kunsens, fil-kummerċ, sinjal li jixbah lil trade mark Komunitarja. (1)
Id-domandi huma dawn li ġejjin:
1)
Id-dritt esklużiv tal-proprjetarju huwa affettwat mill-fatt li, f’perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni, huwa ma jkunx għamel użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja fl-Unjoni Ewropea għal prodotti jew servizzi koperti mir-reġistrazzjoni?
2)
Jekk it-tweġiba għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, f’liema ċirkustanzi u b’liema mod dik is-sitwazzjoni taffettwa d-dritt esklużiv?
(1) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy