14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van beroep voor het Bedrijfsleven (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – Robeco Holland Bezit N.V. et vs Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)
(Kawża C-658/15)
(2016/C 098/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robeco Holland Bezit N.V. et
Konvenut: Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)
Domanda preliminari
Għandha tiġi kklassifikata bħala suq irregolat, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(14) tal-MiFID (1), sistema, li fiha jipparteċipaw diversi aġenti tal-fondi u diversi sensara sabiex jirrappreżentaw fi tranżazzjonijiet lil istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” u lil investituri rispettivament, li, fir-realtà, sempliċiment jassistu lil dawn l-istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” fl-obbligu tagħhom li jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ ishma li jsiru minn investituri, u fil-każ li għandha tiġi hekk ikklassifikata, liema huma l-karatteristiċi determinanti għal dan l-għan?
(1) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).
Full & Egal Universal Law Academy