15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Bremen (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2015 – proċeduri kriminali kontra Robert Caldararu
(Kawża C-659/15)
(2016/C 059/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hanseatisches Oberlandesgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Robert Caldararu
Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft Bremen
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali tkun illeċita jekk ikun hemm indizji serji li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat jiksru d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata u l-prinċipji ġenerali tad-dritt stipulati fl-Artikolu 6 TUE jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dawn il-każijiet, l-Istat li jeżegwixxi jista’ jew għandu jissuġġetta d-deċiżjoni tiegħu dwar il-liċeità tal-estradizzjoni għal garanziji tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni? L-Istat li jeżegwixxi jista’ jew għandu, f’dan ir-rigward, jifformula rekwiżiti minimi konkreti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni li għandhom jiġu ggarantiti?
2)
L-Artikoli 5 u 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet ġudizzjarji li joħorġu l-mandat huma wkoll intitolati li jipprovdu garanziji tal-osservanza tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, jew tali garanziji f’dan ir-rigward jibqgħu suġġetti għar-regoli ta’ kompetenza nazzjonali tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy