14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2015 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-661/15)
(2016/C 098/25)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1.
a)
L-Artikolu 145(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (1) moqri flimkien mal-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola stabbilita fih tkopri wkoll il-każ fejn huwa stabbilit li fid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal oġġett speċifiku, kien jeżisti riskju, marbut mal-fabbrikazzjoni, li element tal-oġġett isir difettuż mal-użu, u fejn il-bejjiegħ jagħti għal dan il-għan, b’eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija fir-rigward tax-xerrej, tnaqqis tal-prezz fil-forma tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mix-xerrej fl-adattament tal-oġġett sabiex dan ir-riskju jiġi eskluż?
b)
Jekk ir-regola stabbilita fl-Artikolu 145(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni ma tapplikax fil-każ espost f’(a), l-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali moqri flimkien mal-Artikolu 78 tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali jippermetti minnu nnifsu li jitnaqqas il-valur doganali ddikjarat wara l-għoti tat-tnaqqis ta’ prezz imsemmi f’(a)?
2.
Il-kundizzjoni imposta fl-Artikolu 145(3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għall-aġġustament tal-valur doganali li jistabbilixxi, li skont din l-aġġustament fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-oġġetti irid ikun sar f’perijodu ta’ tnax-il xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tal-oġġetti, tmur kontra l-Artikoli 78 u 236 tar- Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mal-Artikolu 29 tar- Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy