22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qed jaġixxi għal Ismar Huskic
(Kawża C-668/15)
(2016/C 068/31)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jyske Finans A/S
Konvenut: Ligebehandlingsnævnet, li qed jaġixxi għal Ismar Huskic
Domandi preliminari
1)
Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika stabbilita fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi prassi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuni mwielda barra mit-territorju ta’ wieħed mill-pajjiżi Nordiċi, ta’ Stat Membru, tal-Isvizzera jew tal-Liechtenstein huma suġġetti għal trattament inqas favorevoli minn persuni mwielda fit-territorju ta’ wieħed mill-pajjiżi Nordiċi, ta’ Stat Membru, tal-Isvizzera jew tal-Liechtenstein li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli?
2)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, bl-eċċezzjoni tal-każ fejn il-prassi hija ġġustifikata oġġettivament mit-tfittxija ta’ għan leġittimu u l-mezzi ta’ implementazzjoni ta’ dak l-għan huma xierqa u neċessarji, tali prassi tista’ titqies li tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-oriġini etnika fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/43?
3)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, tali prassi tista’ bħala prinċipju tkun iġġustifikata bħala mezz xieraq u neċessarju sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi msaħħa ta’ diliġenza dovuta mal-klijent previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.
(2) ĠU L 309, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy