7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Jan Šalplachta
(Kawża C-670/15)
(2016/C 090/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Šalplachta
Domanda preliminari
Id-dritt ta’ persuna fiżika għall-aċċess effettiv għall-ġustizzja f’kawża transkonfinali fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (1), jeżiġi li l-għajnuna legali mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinkludi l-ispejjeż imħallsa mir-rikorrent għat-traduzzjoni tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti konnessi annessi mal-applikazzjoni għal għajnuna legali, meta r-rikorrent jippreżenta, kontestwalment mal-kawża, applikazzjoni għal għajnuna legali quddiem il-qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, li hija wkoll kompetenti bħala awtorità riċevitur fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva, u meta huwa stess ikun ħa ħsieb li t-traduzzjoni inkwistjoni ssir?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 90.
Full & Egal Universal Law Academy