7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de grande instance de Perpignan (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Procureur de la République vs Noria Distribution SARL
(Kawża C-672/15)
(2016/C 090/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Perpignan
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Procureur de la République
Konvenuta: Noria Distribution SARL
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2002/46/KE (1) u [il-]prinċipji Komunitarji dwar il-moviment liberu tal-merkanzija [u] r-rikonoxximent reċiproku [jipprekludu] l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-ordni tad-9 ta’ Mejju 2006, li jirrifjuta kull proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward tas-supplimenti tal-ikel ibbażati fuq vitamini u minerali li joriġinaw minn Stat Membru ieħor billi jeskludi l-applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa għall-prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor li jkunu bbażati fuq nutrijenti [li l-valuri tagħhom jeċċedu l-limiti stabbiliti] permezz tal-ordni tad-9 ta’ Mejju 2006?
2)
Id-Direttiva 2002/46, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija, jippermettu li d-dożi massimi ta’ vitamini u minerali għal kull jum jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali mal-limiti rrakkomandati għal kull jum bl-adozzjoni ta’ valur li jekwivali għal tliet darbiet tal-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw l-inqas riskji, ta’ valur li jekwivali għall-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw riskju li jiġi eċċedut il-limitu superjuri ta’ sigurtà, u ta’ valur inferjuri għall-limiti rrakkomandati għal kull jum jew anki li jekwivali għal żero fir-rigward tan-nutrijenti li jinvolvu l-iktar riskji?
3)
Id-Direttiva 2002/46, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija jippermettu li d-dożi jiġu stabbiliti [fid-]dawl biss tal-opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali anki meta opinjonijiet xjentifiċi riċenti u internazzjonali [jikkonkludu favur] dożi superjuri f’kundizzjonijiet identiċi ta’ użu?
(1) Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 490).
Full & Egal Universal Law Academy