29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/7
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-683/15)
(2016/C 078/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-P. Wojcik, M. Heller u J. Hottiaux, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Pollakka
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva;
—
timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ sanzjoni fl-ammont ta’ EUR 51 456 kuljum sa mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE skada fil-31 ta’ Diċembru 2014
(1) ĠU L 173, p. 190.
Full & Egal Universal Law Academy