29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Vodoopskrba i odvodnja d.o.o. vs Željka Klafurić
(Kawża C-686/15)
(2016/C 111/07)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Velikoj Gorici
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodoopskrba i odvodnja d.o.o.
Konvenut: Željka Klafurić
Domanda preliminari
Kif jiġi kkalkolat, skont id-dritt tal-Unjoni, il-prezz tal-ilma pprovdut li huwa ffatturat għal kull appartament fi proprjetà immobbli ta’ abitazzjoni jew għal dar individwali? Iċ-ċittadini tal-Unjoni jħallsu l-fatturi dwar il-konsum tal-ilma tagħhom billi jħallsu biss għall-konsum effettivament irrilevat mill-arloġġ tal-ilma jew iħallsu wkoll spejjeż u tariffi oħra?
Full & Egal Universal Law Academy