4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH u Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse
(Kawża C-689/15)
(2016/C 118/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgerichts Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W. F. Gözze Frottierweberei GmbH, Wolfgang Gözze
Konvenuta: Verein Bremer Baumwollbörse
Domandi preliminari
1)
L-użu, bħala tikketta ta’ kwalità, ta’ trade mark individwali jista’ jitqies li huwa użu bħala trade mark fis-sens tal-Artikoli 9(1) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fir-rigward tal-prodotti li għalihom tintuża din it-tikketta?
2)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: għandha, konformement mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(g) jew ma’ applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 73(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, tiġi ddikjarata r-revoka ta’ tali trade mark meta l-proprjetarju tat-trade mark ma jiżgurax, permezz ta’ kontrolli ta’ kwalità regolari fost il-persuni liċenzjati minnu, il-konformità mal-aspettattivi fir-rigward tal-kwalità li l-pubbliku jassoċja ma’ dan is-sinjal?
(1) ĠU L 78, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy