21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Il Camaleonte Srl vs Questore di Napoli, Ministero dell’Interno
(Kawża C-693/15)
(2016/C 106/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Il Camaleonte Srl
Konvenuti: Questore di Napoli, Ministero dell’Interno
Domandi preliminari
1)
Is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-465/05, EU:C:2007:781), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istat Taljan kien kiser il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 43 KE u 49 KE (id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi) billi ppreveda li:
a)
l-attività ta’ għassies privat tista’ tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta’ fedeltà lir-Repubblika Taljana;
b)
l-attività ta’ għassies privat tista’ tigi eżercitata mill-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor biss fuq għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Prefetto ta’ portata territorjali, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-obbligi li għalihom dawn il-fornituri huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta’ oriġini;
c)
l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali limitata u li l-għoti tagħha hija suggetta għat-teħid inkunsiderazzjoni tan-numru u tad-daqs tal-impriżi ta’ sigurtà privata li diġà joperaw fit-territorju inkwistjoni;
d)
l-impriżi ta’ sigurtà privata għandhom ikollhom sede operattiva f’kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom;
e)
il-persunal tal-impriżi għandu jkun individwalment awtorizzat sabiex jeżerċita l-attività ta’ sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontrolli u l-verifiki diġà mwettqa fl-Istat Membru ta’ oriġini;
g)
l-impriżi ta’ sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta’ impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati;
h)
l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-Cassa Depositi e Prestiti;
i)
il-prezzijiet tas-servizzi ta’ sigurtà privata huma stabbiliti b’awtorizzazzjoni tal-Prefetto skont marġni ta’ varjazzjoni stabbilit bil-quddiem.
[teskludi], fiha nfisha, lill-awtorità provinċjali ta’ sigurtà pubblika (Questore) milli tkun tista’ tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-provvista ta’ servizzi bħal dawk ikkontestati f’din il-kawża[, li] jimponu li jiġi assenjat numru minimu ta’ aġenti (tnejn) lill-operazzjonijiet marbuta ma’ ċerti servizzi?
2)
Minkejja li hija kwistjoni ġdida, [għandha] elementi analogi li jwasslu għall-istess eżitu fir-rigward tal-Artikoli 43 KE u 49 KE?
Full & Egal Universal Law Academy