29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/8
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 mir-Repubblika Ċeka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-659/13 u T-660/13, Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-696/15 P)
(2016/C 078/09)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tannulla r-Regolament Nru 885/2013 (1) u r-Regolament Nru 886/2013 (2) fl-intier tagħhom, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Sussidjarjament, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata,
—
tannulla l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament Nru 885/2013 kif ukoll l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolamernt Nru 886/2013, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tressaq żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija kkonkludiet li l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament Nru 885/2013 u mir-Regolament Nru 886/2013 ma jkoprux l-Istat Membru li għadu ma ddeċidiex li jintroduċi fit-territorju tiegħu l-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi intelliġenti tat-trasport, għalkemm din il-konklużjoni bl-ebda mod ma tirriżulta mir-regolamenti ċċitatati iktar 'il fuq.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija kkonkludiet li l-Kummissjoni, meta adottat att iddelegat, tgawdi minn tali marġni ta’ diskrezzjoni li hija ma għandhiex tibqa’ fil-limiti tad-dispożizzjonijiet konkreti ta’ speċifiċi ta’ delega.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Fis-sentenza apellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat b’mod gravi ċerti argumenti mressqa mir-Repubblika Ċeka u assolutament ma eżaminatx uħud mill-argumenti tar-Repubblika Ċeka. Dawn l-iżbalji proċedurali kellhom impatt fundamentali fuq l-evalwazzjoni tal-motivi mill-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU L 247, p. 1.
(2) ĠU L 247, P. 6.
Full & Egal Universal Law Academy