18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA
(Kawża C-701/15)
(2016/C 136/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA
Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA
Domanda preliminari
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), sa fejn dan jissuġġetta l-attivitajiet ta’ esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għar-regoli li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi Komunitarji bil-għan tat-tqegħid ta’ ajruporti għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru, hekk kif iddefiniti mill-ġurisprudenza nazzjonali mfakkra fil-punti 6.4 u 6.5, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fl-Artikoli 4 u 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 18/1999, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għal kull għoti, inkluż temporanju, ta’ spazji intiżi għal dan il-għan?
(1) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
Full & Egal Universal Law Academy