27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/24
Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni 1/15)
(2015/C 138/32)
Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, D. Moore, aġenti)
Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
—
Il-ftehim maħsub (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (Artikolu 16 TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [Artikoli 7, 8 u 52(1)] sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali?
—
L-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali adegwata għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim maħsub jew dan l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE?
(1) Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri.
Full & Egal Universal Law Academy