3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/18
Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni 2/15)
(2015/C 363/22)
Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, B. De Meester, M. Kocjan, R. Vidal Puig, aġenti)
Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
L-Unjoni għandha l-kompetenza neċessarja biex tiffirma u tikkonkludi waħedha l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ Singapor? B’mod aktar speċifiku,
—
liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni?;
—
liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni?; u
—
hemm xi dispożizzjoni tal-ftehim li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri?
Full & Egal Universal Law Academy