18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/46
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Artikolu 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Żieda fl-età tal-pensjoni - Rimbors tal-kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni - Artikolu 26 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Rivalutazzjoni tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni))
(2016/C 136/65)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jürgen Frieberger (Woluwe-Satint-Lambert, il-Belġju) u Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea li tnaqqsu mir-remunerazzjoni tagħhom kif ukoll it-talba għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-akkreditazzjoni relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz lejn l-iskema tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Marzu 2014 li tiċħad it-talba ta’ J. Frieberger tas-17 ta’ Diċembru 2013 sa fejn permezz tagħha ried jikseb kalkolu ġdid tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ttrasferiti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn ġie ppreżentat minn B. Vallin kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014 sa fejn hija allegatament ċaħdet talba intiża li jinkiseb kalkolu ġdid tal- akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni ttrasferiti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 96, 23/03/2015, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy