11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2015 – FH vs Il-Parlament
(Kawża F-26/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta’ installazzjoni - Artikolu 5(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenjazzjoni għal post ta’ servizz ġdid - L-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Esklużjoni tal-allowance ta’ installazzjoni fl-ipoteżi fejn l-uffiċjal li jkollu dritt għall-allowance tad-dar huwa assenjat fil-post fejn il-familja tiegħu tirrisjedi - Neċessità ta’ allowance tal-uffiċjal mal-familja tiegħu fil-post ta’ assenjazzjoni - Separazzjoni ta’ fatt tal-konjuġi - Konsegwenzi - Inapplikabbiltà tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2016/C 007/46)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FH (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u N. Chemaï, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent li jitħallas l-allowance ta’ installazzjoni, wara ċ-ċaqliq tiegħu mill-Jemen lejn Brussell, fejn jirrisjedi mal-konjuġi tiegħu, li huwa sseparat minn magħha, kif ukoll it-talba li l-konvenut jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrent dan l-allowance ta’ installazzjoni flimkien mal-interessi.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2014 li permezz tagħha l-Parlament Ewropew ċaħad it-talba ta’ allowance ta’ installazzjoni mressqa minn FH hija annullata.
2)
Il-Parament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil FH, bħala allowance ta’ installazzjoni dovuta lilu, somma li tikkorrispondi ma’ xahar salarju bażiku tiegħu; din is-somma ser tinkludi l-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid u applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti, mill-11 ta’ Frar 2014 sad-data tal-pagament effettiv.
3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn FH.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015., p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy