11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – van der Spree vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-37/15) (1)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Waqfien definittiv tas-servizz - Artikolu 6(1) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal - Allowance ta’ reinstallazzjoni bir-rata bażika ta’ xahrejn salarju bażiku - Bidla fir-residenza tar-rikorrent - Residenza ta’ bint ir-rikorrent - Prova))
(2016/C 007/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Daniel van der Spree (Eischoll, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitħallas id-doppju tal-allowance ta’ reinstallazzjoni wara ċ-ċaqliq tiegħu fl-Isvizzera.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
D. van der Spree għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 178, 01.06.2015, p. 26
Full & Egal Universal Law Academy