8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – FV vs Il-Kunsill
(Kawża F-40/15) (1)
((Servizz pubbliku - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Interess ġuridiku - Evalwazzjonijiet analitiċi inqas favorevoli - Riferiment lill-Kumitat tar-Rapporti - Modifika mit-tieni evalwatur ta’ ċerti evalwazzjonijiet li ma taffettwax l-evalwazzjoni globali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura))
(2016/C 287/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FV (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u A. Guillerme, avukati, sussegwentement L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy