30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FN, FP u FQ vs CEPOL
(Kawża F-41/15 DISS II) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal taċ-CEPOL - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Post tal-impjieg li jikkorrispondi għas-sede taċ-CEPOL - Ċaqliq taċ-CEPOL lejn Budapest (l-Ungerija) - Bdil korrelattiv tal-post tal-impjieg tal-membri tal-persunal - Konsegwenzi kuntrattwali - Ħtieġa tal-kunsens tal-membri tal-persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-post tal-impjieg il-ġdid - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))
(2016/C 191/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FN, FP u FQ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: F. Bánfi u R. Woldhuis, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li bħala konsegwenza kellhom jew li r-rikorrenti rriżenjaw mill-impjieg tagħhom mal-aġenzija jew inkella li minn Londra ttrasferixxew ruħhom għal Budapest bir-riżultat li sostnew telf pekunjarju, u talba għad-danni u interessi għad-danni morali u materjali allegatament sostnuti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FN, FP u FQ għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy