Kawża F-48/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Winkel vs EUIPO (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kunċett — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2013 — Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Pjan ta’ rkupru — Att li jikkawża preġudizzju — Ammissibbiltà)
C3642016MT3010120160718MT0034301301
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Winkel vs EUIPO
(Kawża F-48/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kunċett — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2013 — Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Pjan ta’ rkupru — Att li jikkawża preġudizzju — Ammissibbiltà)”2016/C 364/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne-Marie France Winkel (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2013 kif ukoll tal-pjan ta’ rkupru adottat abbażi ta’ dan ir-rapport, u talba għal-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Anne-Marie France Winkel għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 190, 08.06.2015, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy