30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FU vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-49/15) (1)
((Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Bord Dixxiplinari - Membru tal-persunal temporanju tal-Qorti tal-Awdituri maħtur bħala uffiċjal bi prova mal-Kummissjoni - Bidla fil-post tal-impjieg - Assenza ta’ dikjarazzjoni ta’ bidla fil-post tal-impjieg lill-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri - Talbiet simultanji għall-allowance ta’ reinstallazzjoni fil-pajjiż tal-oriġni u l-allowance ta’ installazzjoni fi Brussell - Talba għal rimbors tal-ispejjeż taċ-ċaqliq mil-Lussemburgu lejn il-pajjiż tal-oriġini - Investigazzjoni tal-OLAF - Sanzjoni dixxiplinari - Klassifikazzjoni fi grupp iktar baxx tal-funzjoni mingħajr tnaqqis fil-grad - Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju - Fatt ġdid - Obbligu li terġa’ tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari - Proportzjonalità tas-sanzjoni - Terminu proċedurali))
(2016/C 191/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FU [rappreżentant: S. Pappas, avukat]
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: inizjalment J. Currall u C. Ehrbar, aġenti, sussegwentement C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad AST5, filwaqt li r-rikorrent kien inħatar fil-grad AD5, għal dikjarazzjonijiet meqjusa qarrieqa sabiex jibbenefika mill-allowance ta’ reinstallazzjoni kif ukoll mill-ħlas tal-ispejjeż taċ-ċaqliq.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy