20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – FS vs KESE
(Kawża F-50/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Membru tal-persunal temporanju rreklutat sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni “fi ħdan grupp tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew” - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal - Promozzjoni fl-iskala mogħtija retroattivament fi tmiem ta’ perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur - Applikazzjoni b’analoġija għall-membri tal-persunal temporanji mhux prevista ratione temporis mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Perijodu ta’ prova sui generis deċiż kuntrattwalment barra mill-ipoteżi koperti mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova kuntrattwali - Kwalità tal-prestazzjonijiet meqjusa bħala insuffiċjenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid f’impjieg mhux maniġerjali - Benefiċċju ta’ promozzjoni fi skala prevista mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2016/C 222/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FS (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: K. Gambino, X. Chamodraka, M. Pascua Mateo, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tikkonfermax lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha ta’ kap tad-diviżjoni u talba għad danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Mejju 2014, kif issupplimentata bl-emenda Nru 2 għall-kuntratt ta’ impjieg ta’ FS, li permezz tiegħu l-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ma kkonfermathiex bħala kap tad-diviżjoni u ġiet assenjata mill-ġdid, b’effett mid-9 ta’ April 2014, fuq xogħol mhux maniġerjali, hija annullata.
2)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat jikkumpensa lil FS s-somma ta’ EUR 2 000 għad-dannu morali li hija ġarrbet.
3)
Il-kumplament tat-talbiet għad-danni huma miċħuda.
4)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn FS.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015, p. 37
Full & Egal Universal Law Academy