7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Xenakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-52/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar volontarju - Età tal-irtirar - Talba għal estensjoni tas-servizz - Artikolu 52, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ servizz - Interess tas-servizz))
(2015/C 406/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Yannis Xenakis (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għall-estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, konsegwentement, li tikkonferma l-irtirar volontarju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014, u talba għad-danni bl-interessi għad-dannu materjali allegatament subit kif ukoll l-ammont ta’ ewro simboliku bħala riżarċiment għad-danni morali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Y. Xenakis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy