21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali rtirati - Pensjoni tal-irtirar - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Aġġornament interim - Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Limitu ta’ apprezzabbiltà - Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja - Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur - Portata - Regolament Nru 1416/2013 - Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka - Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim - Użu ħażin ta’ poter))
(2016/C 106/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Adrian Barnett (Roskilde, id-Danimarka) u Sven-Ole Mogensen (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
A. Barnett u S. Mogensen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 213, 29/06/2015, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy